3×3 basketball introdott f’xi skejjel Maltin

Il-Kumitat Olimpiku Malti f’kollaborazzjoni mal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Basketball u l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Wheelchair Basketball niedu kampanja biex jippromov t-3×3 basketball fl-iskejjel. Il-proġett se jkun qed isir bejn Novembru u Diċembru.

L-għan ta’ din il-kampanja hu li jgħin lill-istudenti jiskopru, jitgħallmu u jifmhu x’inhu dan l-isport li għadu qed jiżviluppa. Is-sessjonijiet ta’ prattika se jsiru minn professjonisti ta’ dan l-isport.

L-iskejjel li aċċettaw li jieħdu sehem huma dawn: St. Martin’s College, St. Elias College, Our Lady Immaculate School, Sacred Heart College, De La Salle College, St. Anton School, St. Joseph, St. Moica, St. Aloysius, u St. George Preca.