398 minorenni jġarrbu ġrieħi gravi f’inċidenti fl-2019

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li matul l-2019, 398 tifel u tifla taħt is-16-il sena ddaħħlu l-isptar għall-kura wara li ndarbu gravi.

Hu kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tal-MP Mario Galea li talab lill-Ministru jindika l-għadd ta’ tfal li ddaħħlu għall-kura fl-Isptar Mater Dei jsofru minn ġrieħi gravi matul dawn l-aħħar tliet snin u x’kienu l-kawżiet li dawn it-tfal kellhom jidħlu fl-Isptar.

Fearne spjega kif matul l-2017 kienu ddaħħlu 443 tifel u tifla l-isptar, filwaqt li fl-2018 kien hemm 540.

Hu spjega li dawn it-tfall iddaħħlu l-isptar minħabba li ndarbu f’inċidenti varji fosthom bil-vetturi, wawgħat, korrimenti fir-ras, ħruq, ksur, polytrauma, ġrieħi minħabba splużjonijiet, ġrieħi fl-addominali u feriti laċerati.