395 tarbija b’anomaliji konġenitali

Bejn l-2013 u l-2015, ġew irreġistrati 395 tarbija (3.1%) b’anomaliji konġenitali li jitqiesu bħala maġġuri skont il-kriterji tal-EUROCAT (European Surveillance of Congenital Anomalies).
Il-Ministru għas-Saħħa Chris Faerne qal dan bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari tad-deputat Godfrey Farrugia.
Qal li uħud mil-anomaliji konġenitali maġġuri kienu jinkludu problemi fil-qalb, fis-sistema tan-nervituri u f’dik renali.