Awguri lill-isportiva u preżentattriċi ta’ programmi sportivi fuq TVM Joanna Camilleri li lum qed tiċċelebra għeluq id-39 sena tagħha. Twieldet bħal-lum il-25 ta’ Ġunju tal-1981.
“Iż-żmien huwa bħal xmara ma tistax tmiss l-istess ilma darbtejn għaliex il-fluss li jkun għadda mhu se jerġa ‘jgħaddi” bdiet biex tikkummenta hi waqt li saħqet li hija “kburija bil-persuna li jien sirt illum.”
“Jiem brillanti u ġranet ħżiena ħafna wasslu u pproduċew reżistenza, karattru u rispett għal kulħadd xikun!” ikkummentat hi fuq Facebook waqt li rringrazzjat lil dawk li minn ġurnata qabel bdew jawgurawlha għal għeluq sninha.
Joanne bdiet tippreżenta programmi sportivi fuq TVM fl-2015 wara li waqfet mill-karriera twila tagħha man-nazzjonal tal-Judo. Joanna ġġorr magħha medalja tad-deheb fil-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar meta kienet rebħet f’Monaco 2007 fost medalji u kompetizzjonjiet kbar oħra li kienet għamlet.
“Għandi iżjed ħolm li rrid nikseb. Qatt ma ċċedi,” kompliet tikteb hi fuq Facebook.

Awguri Joanna!