39 arrestati dwar pornografija fuq WhatsApp

39 persuna ġew arrestati fl-Ewropa u fl-Amerika t’Isfel dwar tixrid ta’ ritratti ta’ tfal f’atti sesswali.
Il-Pulizija Spanjola skopriet websajts li min jidħol fuqhom kien jiġi inkluż fi gruppi privati fuq WhatsApp.
L-investigazzjoni mill-Pulizija Spanjola, il-Europol u l-Interpol ivverifikat li l-gruppi kienu qed jintużaw biex ixxerdu materjal illegali.
Waqt l-arresti ġew ikkonfiskati wkoll mijiet ta’ aġġeġġi li fihom kien hemm iktar minn 360,000 file ta’ materjal ta’ sfruttament sesswali fuq it-tfal.