“Jiddispjaċini biss li nqbadt” – pedoflu ta’ 74 sena

Anzjan ta’ 74 sena ngħata 10 snin ħabs wara li kellu relazzjoni sesswali ma’ żgħażugħ ta’ 14-il sena. Din it-tieni darba li nstab ħati ta’ korruzzjoni ta’ minorenni, hekk kif kien diġà weħel sitt snin ħabs.  Meta ġie mistoqsi jekk jiddispjaċihx ta’ li għamel, qal biss li jiddispjaċih li nqabad.

Huwa appella s-sentenza tiegħu billi staqsa li l-Imħallef tikkunsidra l-età tiegħu. Żied jgħid li s-sentenza ħarxa wisq meta fi kliemu, kull m’għamel bies il-parti ġenitali tat-tifel. Skont il-Pulizija, l-anzjan niżżel il-qalziet taż-żagħżugħ, u messlu u bies il-parti ġenitali tiegħu. Huwa wkoll biesu xi ħames darbiet fuq wiċċu u mbagħad taħ €5. Barra minn hekk, kien ipenġi liż-żgħażugħ jagħmel affarijiet sesswali miegħu.

It-tifel kien qed jieħu ħsiebu l-anzjan bil-permess t’ommu, u b’hekk, l-abbużi seħħu fid-dar tal-anzjan stess. L-anzjan kien itih flus u rigali bħal tliet pari żraben, fosthom wieħed tal-futbol.

Meta ġie interrogat l-anzjan, hu qal li jgħoġbuh kemm in-nisa u l-irġiel, imma jippreferi żgħażagħ subien. Meta ġie mistoqsi jridx l-għajnuna, huwa qal le, u qal ukoll li jiddispjaċih biss li nqabad.

L-Imħallef ikkonfermat l-10 snin ħabs li kien qed jappella kontrihom, peress li qas biss wera li jiddispjaċih. Barra minn hekk, ordnat li jieħu għajnuna psikoloġika għal 3 snin biex jindirizza l-pedofelija. Ukoll, ikkonfiskat it-tpinġijiet tiegħu taż-żgħażugħ, u ordnat li jitniżżel ismu fir-Reġistru għall-Protezzjoni tal-Minuri.