38 unjoni ċivili f’Malta

Bejn April 2014 u Ġunju 2015 kien hemm 38 unjoni civili registrati f’Malta.
Dan qalu fil-Parlament il-Ministru għall-Intern Carmelo Abela fi tweġiba lid-Deputat Nazzjonalista Chris Said. Abela fisser li 37 koppja kienet magħmula minn persuni tal-istess sess.
Tliet unjonijiet minn erbgħa kienu ta’  koppji maskili. Tmien koppji kienu nisa waqt li kien hemm koppja waħda ta’ sess differenti.
Sa llum, kien hemm ukoll tmien unjonijiet civili, kollha ta’ sess maskili, li seħħew barra minn Malta u ġew rikonoxxuti f’Malta.  B’kollox l-ammont jitla’ għal 46 koppja.