​38% tal-ogħla karigi fis-servizz pubbliku okkupati min-nisa

F’Malta l-proporzjon ta’ nisa fl-ogħla karigi tas-servizz pubbliku huwa ta’ 38.1%, jiġifieri żewġ punti perċentwali inqas mill-medja Ewropea.
Skont il-Women Leaders Index 2016-17, jirriżulta li f’5 snin, dan il-persentaġġ f’Malta żdied minn 31% għal 38%. 
Fi stqarrija l-Gvern sostna li din iż-żieda tista’ tiġi attribwita l-aktar għall-miżuri aħjar fil-bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja. 
Fl-2017 kien hemm mal-240 mara li jokkupaw kariga meqjusa bħala top management fis-Servizz Pubbliku li bbenefikaw minn dawn il-miżuri li jinkludu leave tal-maternità, xogħol b’ħinijiet mnaqqsa, teleworking u flexi-time
Kien hemm ukoll mas-7350 mara li ngħataw xi tip ta’ taħriġ offrut mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi.