38 sena mit-traġedja tal-Vulcan

Imfakkar it-38 sena anniversarju mit-traġedja tal-Vulcan f’Ħaż-Żabbar, meta ajruplan tar-Royal Air Force kien iġġarraf fuq id-djar u ħalla mara u l-ħames membri tal-ekwipaġġ mejta.

Vincenza Zammit li kellha 48 sena mietet wara li ntlaqtet minn biċċiet tal-ajruplan hekk kif iġġarraf fi Triq is-Santwarju.

Madwar 20 persuna oħra ndarbet. Għaż-Żabbarin il-Jum tal-14 ta’ Ottubru huwa wieħed partikolari speċjalment għal dawk li jiftakru dan l-inċident.

Hafna jgħidu li kien miraklu tal-Madonna tal-Grazzja li ma kienx hemm aktar imwiet dakinhar.

Fuq dan l-inċident kienet issejħet inkjesta fejn determinanti kienu r-ritratti li ttieħdu minn fuq il-post. 

 

Ritratti: PBS