Illum Malta kellha 38 każ ġdid tal-coronavirus filwaqt li fiequ 34 persuna. B’hekk it-total ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 678.
Il-każijiet il-ġodda rriżultaw mill-2,409 testijiet li saru fl-24 siegħa qabel tħabbru dawn in-numri fuq il-paġna tal-Ministeru tas-Saħħa fuq Facebook.

Mill-45 każ tal-bieraħ, kien hemm:
- 8 ta’ membri tal-familja ta’ każijiet li kienu diġà pożittivi
- Każ ta’ kuntatt dirett ta’ każ pożittiv
- 15-il każ mid-Dar San Ġużepp fejn joqogħdu l-anzjani
- 2 każijiet minn fuq post tax-xogħol
- 2 każijiet minn attivitajiet soċjali
- 3 każijiet mill-industrija tad-divertiment
B’hekk, kien hemm ukoll 14-il każ li kienu ġejjin mill-komunità.
Il-każijiet tal-bieraħ
45 każ ġdid ta’ coronavirus