373,000 tifel u tifla f’Gaża għandhom bżonn l-għajnuna psikoloġika

Rapport tal-UNICEF juri li 373,000 tifel u tifla li jgħixu f’Gaża għandhom bżonn l-għajnuna psikoloġika.
Dan l-għajnuna hija meħtieġa wara li t-tfal għaddew minn trawma kbira waqt il-konflitt f’dawn l-aħħar jiem bejn il-Palestinjani u l-Iżraeljani.
L-UNICEF qed twissi wkoll li t-tfal jinsabu fir-riskju ta’ mard infettiv minħabba nuqqas ta’ sanità u servizzi essenzjali bħad-dawl u l-ilma f’Gaza.
Waqt id-29 jum tal-kunflitt f’Gaża mietu 1,875 Palestinjan fosthom 430 tifel u tifla u ndarbu 9,600 persuna oħra.