Nirien fil-parkeġġ ta’ skola fiż-Żebbiegħ

Read in English.

Ħadu n-nar żewġ karozzi pparkjati fil-parkeġġ tal-Iskola San Andrea fiż-Żebbiegħ.

Sorsi viċin l-iskola qalu ma’ Newsbook.com.mt li n-nirien bdew minn żewġ skips fil-parkeġġ u li sakemm waslu l-vetturi tat-tifi tan-nar, impjegati tal-iskola ppruvaw jikkontrollaw in-nirien.

Kelliema għall-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tad-9am fit-Triq iż-Żebbiegħ.

Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Is-sena skolastika f’San Andrea se tiftaħ għada. L-amministrazzjoni tal-iskola qed tassigura lill-ġenituri li m’hemm l-ebda periklu għall-istudenti u l-għalliema u li l-iskola qed tkompli taġġorna l-miżuri tas-sigurtà.