371 reat fil-Gżira; 94 reat f’Pembroke

burglary

Ċifri ppreżentati fil-Parlament juru d-dettalji tar-reati rappurtati lill-pulizija mill-2013 sa Mejju ta’ din is-sena f’żewġ lokalitajiet. Is-sena li għaddiet, fil-Gżira ġew irrappurtati 371 reat, tnaqqis ta’ 50 każ fuq is-sena ta’ qabel u f’Pembroke ġew rappurtati 94, tnaqqis ta’ 20 każ fuq l-2016.

Fil-Gżira, l-iktar reati li ġew irrappurtati kienu pick-pocketing, serq minn residenzi, mit-triq u minn ġol karozzi. Il-qligħ bi frodi u l-vjolenza psikoloġika ukoll żdiedu fuq is-sena ta’ qabel. L-ikbar tnaqqis kien f’reati ta’ hit and run u f’reati ta’ ħsara fuq proprjetà ta’ ħaddieħor.

F’Pembroke l-iktar reati rappurtati huma ta’ hit and run u ta’ serq. L-ikbar tnaqqis ta’ reati kien f’serq minn proprjetà u minn lukandi.