37 student jiksbu ċ-Ċertifikat fil-Qari tal-Provi bil-Malti

Dal-aħħar kompla jiżdied in-numru ta’ nies li kkwalifikaw fil-Qari tal-Provi bil-Malti, hekk kif 37 student temmew b’suċċess il-11-il kors f’Malta u t-tielet kors f’Għawdex.
Huma kisbu daċ-Ċertifikat mill-Università ta’ Malta u x-Xhieda ta’ Għarfien (warrant) bħala qarrejja tal-provi mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti.
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti informa lill-pubbliku li jekk wieħed jixtieq jtejjeb il-kitba bil-Malti jista’ jieħu dan il-kors universitarju.
L-applikazzjonijiet se jibqgħu jintlaqgħu sat-12 ta’ Jannar u jinsabu hawn.