​37 persuna l-Qorti dwar kaċċa illegali

37 persuna tressqu l-Qorti s-sena li għaddiet minħabba reati ta’ kaċċa illegali.
Matul l-istess perjodu, il-Pulizija rċeviet 26 rapport relatat ma’ kaċċa illegali.
Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia qal dan fil-Parlament meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami.