37 każ ġdid tal-coronavirus

swabbing center

Read in English.

Matul il-jum tal-bieraħ instabu total ta’ 37 każ ġdid tal-coronavirus fil-pajjiż. Dan kien ikkonfermat fl-infografika tal-jum maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa.

Intant jidher li fiqu total ta’ 63 persuna oħra. Dan wara li lbieraħ saru 1.640 swab tests oħra.

Il-każi ġodda tat-Tnejn għadhom ma ġewx investigati.

Mill-25 każ irrappurtati il-Ħadd, kien hemm żewġt iqraba ta’ każi pożittivi, żewġ kollegi, żewġ każi minn avvenimenti soċjali, żewġ każi li ħarġu minn avveniment f’forma ta’ kompetizzjoni tal-body building u tliet każi oħra li kienu kuntatti diretti ta’ persuni pożittivi. 14-il każ kienu sporadiċi.

S’issa fil-pajjiż saru total ta’ 203,777 swab tests u minnhom ħarġu 2,076 persuna pożittiva. Minn dawn fiqu 1,690 u mietu 14. Bħalissa fil-pajjiż hawn 372 każ attiv tal-coronavirus.