37 każ ġdid ta’ coronavirus; ifiqu 44

Miguela Xuereb

Read in English.

Illum ġew irreġistrati 37 każ pożittiv ġdid ta’ coronavirus filwaqt li 44 persuna fiequ mill-virus. Din l-informazzjoni ngħatat fl-istatistika li ta’ kuljum il-Ministeru għas-Saħħa jippubblika fuq il-paġna ta’ Facebook.

Il-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati. Madanakollu mill-każijiet tal-bieraħ:

  • 18-il każ huma ta’ membri tal-familja ta’ każijiet li kienu diġà pożittivi,
  • 6 kuntatti diretti ta’ każijiet pożittivi,
  • 6 oħra kienu kollegi tax-xogħol ta’ persuni pożittivi

Bħalissa l-każi attivi huma 657 każ.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn