37 każ ġdid ta’ coronavirus; 43 ifiqu

swabbing center

37 persuna oħra ħarġu pożittivi għall-coronavirus fl-aħħar 24 siegħa wara li saru 2,574 swab test.

Dan ħareġ fl-infografika tal-jum mill-Ministeru għas-Saħħa. Intant fiequ total ta’ 43 persuna oħra. B’hekk issa fil-pajjiż hawn total ta’ 455 każ attiv.

Il-każi ġodda mħabbra llum għadhom qed jiġu investigati. Intant, mill-każi mħabbra lbieraħ kien hemm tliet qraba ta’ persuni li kienu pożitivvi, tliet persuni mill-cluster ta’ Dar San Ġużepp, każ wieħed kien kuntatt fuq il-post tax-xogħol u żewġ każi relatati ma’ avvenimenti soċjali. Intant, mit-23 każ misjuba lbieraħ kien hemm 14-il persuna li ma ġiex identifikat minn fejn ġew.