36 persuna jitilfu ħajjithom waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-ewwel tas-sena f’Shangai

36 persuna tilfu ħajjithom u 47 persuna weġġgħu waqt iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ lejliet l-ewwel tas-sena fil-Belt ta’ Shangai fiċ-Ċina.
Mill-ewwel investigazzjoni jidher li l-inċident seħħ wara li n-nies bdew jiġru biex jiġbru karti tal-flus foloz li bdew jitwaddbu minn gallarija ta’ diskoteka.
Il-maġġoranza ta’ dawk li tilfu ħajjithom kienu studenti.
Minħabba r-rassa kbira, u anke minħabba l-inċident, 
is-show tradizzjonali tan-nar tal-ajru tħassar biex jiġu evitati inċidenti oħra.
Ta’ kull sena f’din il-Belt eluf ta’ persuni jattendu fil-pjazza storika ta’ Chenyi li tħares fuq ix-Xmara Huangpu.