36 miljun oġġett falz meqruda mid-Dwana fl-Ewropa

Matul is-sena li għaddiet, l-Awtoritajiet tad-Dwana fost it-28 pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea ikkonfiskaw mat-36 miljun oġġett li ġie impurtat fl-Ewropa u li kien issuspettat li jikser id-drittijiet intelletwali.
Skont rapport tal-Kummissjoni Ewropea dan l-ammont huwa inqas mis-sena ta’ qabel iżda l-valur tagħhom jlaħħaq is-€760 miljun.
Mediċini u ħwejjeġ kienu fost l-iktar affarijiet li ġew ikkonfiskati.
90% ta’ dawn il-prodotti nqerdu fuq ordni tal-Qrati fil-pajjiżi membri.
66% tal-prodotti foloz li waslu fl-Ewropa kienu mmanifatturi fiċ-Ċina.
Il-Kummissarju Ewropew responsabbli mid-Dwana, Algirdas Šemeta qal li huwa importanti li jiġu protettu d-drittijiet intelletwali għaliex huwa importanti għas-saħħa u s-sigurtà taċ-ċittadini Ewropej.
Qal li apparti minn hekk qed jiġu mħarrsa x-xogħlijiet tal-persuni li jimmanifatturaw il-prodotti oriġinali.