36 każ ġdid; ifiqu 52 persuna

Miguela Xuereb

Fl-aħħar 24 siegħa kien hemm 36 każ ġdid ta’ coronavirus minn 2,445 swab test. B’hekk il-każi attivi issa telgħu għal 682.

Dan ħareġ f’infografika mill-Ministeru għas-Saħħa fuq Facebook. Irriżulta wkoll li fl-istess perjodu fiequ 52 persuna.

S’issa f’Malta saru 168,793 test u b’kollox kien hawn 1,546 każ.

Fil-konferenza tal-aħbarijiet tal-lum, is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci tat id-dettalji tal-każijiet attivi ta’ bħalissa.

Il-każijiet kurrenti huma dawn:

  • Paceville u klabbs: 58 każ u 18 din il-ġimgħa
  • Familji:  29 każ u 54 din il-ġimgħa
  • Monte Karmeli: 12-il każ u 22 din il-ġimgħa
  • Attivitajiet: 23 każ
  • Djar tal-anzjani: 5 każijiet u 10 din il-ġimgħa
  • Il-party fil-hotel: 20 każ
  • Fuq xogħol: 12-il każ u 14 din il-ġimgħa
  • Il-festa ta’ Santa Venera: 34 każ

Illum tħabbar li mietet l-10 persuna bil-coronavirus f’Malta, raġel ta’ 72 sena li kellu kundizzjonijiet mediċi oħrajn. Huwa kien ilu ġimgħa li rriżulta fil-pożittiv għall-virus.