36 jmutu maħruqa f’xarabank fil-Messiku

Minn tal-inqas 36 persuna tilfet ħajjitha wara li xarabank bil-passiġġieri abbord ħabtet ma’ truck li kien jinsab wieqaf f’nofs tat-triq fil-Messiku. Mal-impatt, ix-xarabank ħadet in-nar.
L-uffiċċjali f’Veracruz qalu li erba’ persuni biss irnexxilhom isalvaw fil-ħabta li seħħet ftit wara 12am.
L-Aġenzija tad-Difiża Ċivili qalet li l-vittmi kienu intraprendituri mir-reġjun li kienu qed jivvjaġġaw minn Villahermosa għal Mexico City.
Il-passiġġiera abbord mietu maħruqa hekk kif in-nirien kienu tant qawwija li x-xarabank li kienu fuqha lanqas baqgħet tingħaraf.