Tmut l-anzjana li rat id-dar tagħha tiġġarraf fil-Mellieħa

Christoph Schwaiger

Read in English.

Mietet Maggie Smith, il-mara li f’Ġunju li għadda, kienet ħelsitha ħafif meta sfrondiet binja fil-Mellieħa.

L-Ingliża ta’ 77 sena kienet spiċċat maqbuda fil-kamra tas-sodda tagħha meta ġġarrfet il-blokka ta’ appartamenti li tgħix fiha. Il-każ seħħ fit- 8 ta’ Ġunju għall-ħabta tas-6.15am fi Triq il-Kbira.

Il-parti l-kbira tal-blokka tal-appartamenti spiċċat f’sit ta’ kostruzzjoni u parti minnha mar fit-triq.

 Filmat: Tinstab ħajja l-mara vittma tat-tiġrif fil-Mellieħa

It-tifla ta’ Smith, ukoll kienet tgħix f’wieħed mill-appartamenti, iżda fil-ħin tal-inċident kienet tinsab l-ajruport fi triqitha lejn l-Ingilterra.

Dan kien it-tieni inċident simili fi ftit ġimgħat, bit-tielet inċident simili fi Gwardamanġa, wassal lill-Prim Ministru jwaqqaf ix-xogħlijiet kollha u jirrevedi r-regolamenti tal-bini.