359 wild bil-ġenituri miegħu għall-kura barra minn Malta

Medja ta’ 20 familja fix-xahar ibbenefikaw minn servizz fejn iż-żewġ ġenituri setgħu jakkumpanjaw lil uliedhom b’xejn għall-kura barra minn Malta.
Dan qalu l-Ministru għas-Saħħa Konrad Mizzi fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Anthony Agius Decelis.
Il-passaġġ beda jitħallas mill-Gvern anke lit-tieni ġenitur minn Jannar 2004 u sa Ġunju 2015 ibbenefikaw minn din il-possibbiltà 359 familja.