358 tunnellata ta’ alka u skart miġbura mill-bajjiet Għawdxin

Read in English.

Matul 2020 inġabru ftit aktar minn 358 tunnellata ta’ alka u skart mill-bajjiet Għawdxin. Din l-informazzjoni ngħatat mill-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri fil-Parlament.

Il-Ministru spjega li bejn 1 ta’ Jannar 2020 u Ottubru 2020 il-ħaddiema tal-Ministeru għal Għawdex ġabru l-alka. Żied li ħafna drabi din l-alka tinġabar bl-idejn u xi drabi jintuża wkoll xi makkinarju.

Il-Ministru Camilleri qal li l-alka tinġabar prinċiparjament mill-bajjiet ta’ Marsalforn, il-Qbajjar, ir-Ramla u Daħlet Qorrot. Huwa spjega li l-alka li tinġabar tintbagħat il-Wasteserv iżda ma tinżammx b’mod separat.

Il-Ministru Camilleri kien qiegħed iwieġeb il-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Chris Said.