Ferrari konfiskata f’Malta tinbiegħ f’irkant f’Wales

Karozza Ferrari konfiskata f’Malta bħala parti minn proċeduri kriminali ġie mibjugħa għal prezz ta’ £33,150 – €36,600 f’ irkant ġewwa Wales.

Il-mudell tal-Ferrari 360 Modena ddaħħlet f’irkant f’Newport mill-Gvern Malti.

Skont is-sit www.southwalesargus.co.uk, il-Ferrari nxtrat wara taqtiegħa bejn tliet offerenti bl-prezz ta’ sitta u tletin elf meqjus bħala modest peress li l-karrozza kellha biss sebgħa u erbgħin elf kilometru b’mudell simili jġibu l-prezz ta’ bejn €49,000 u €80,000.