L-10 edizzjoni tal-festival Music for Kids saret fir-Rumanija fl-aħħar ġranet u b’kollox ħadu sehem 70 parteċipant minn 13-il pajjiż differenti, fosthom Malta.
Fil-fatt mir-riżultat finali jidher biċ-ċar li tlett kantanti Maltin kisbu riżultati eċċellenti, permezz ta’ voti minn ġurija magħmula minn 11-il membru.
Rihanna Aquilina, ta’ 12-il sena rebħet il-kategorija E bil-kanzunetta Somebody’s Got A Hold on Me. Hija mħarrġa minn Maria Abdilla.
Eliza Attard għandha 16-il sena u kisbet l-ewwel post bil-kanzunetta You Don’t Own Me. Attard hija mħarrġa minn Glen Vella.
Maria Dijnovic hija t-tielet Maltija u rnexxielha tikseb it-tielet post fil-Kategorija C bil-kanzunetta No Roots. Hija mħarrġa minn Phyllisienne Brincat.
Il-kanzunetti kollha ġew akkumpanjati minn żeffiena b’korjografija ta’ Paula Mitri.
Il-parteċipazzjoni tal-Maltin f’dan il-konkors fir-Rumanija kein possibbli grazzi għall-Malta International Singer’s Festival.