350 vittma wara li vapurett jinqaleb f’Bangladesh

F’Bangladesh, minn tal-inqas 350 persuna tilfu ħajjithom wara li vapurett li kien qed iġorr il-passiġġieri nqaleb.
L-inċident seħħ waqt li l-vapurett kien qed jaqsam ix-Xmara Padma viċin il-kapitali Dhaka.
Uffiċjali tas-salvataġġ u persuni li kienu fuq il-post irnexxilhom isalvaw 44 persuna filwaqt li s’issa ttelgħu biss żewġ iġsma ta’ vittmi.
It-trasport fix-xmara huwa popolari ħafna f’Bangladesh. Minkejja dan, nuqqas ta’ miżuri ta’ sigurtà jirriżulta f’diversi inċidenti simili.