350 vettura spezzjonata fil-lejl tal-Milied

Għawwiem mitluf Baħar iċ-Ċagħaq ħelikopter tfittxija pulizija

350 vettura ġew spezzjonati mill-Pulizija waqt operazzjoni tul il-lejl. Il-Pulizija wettqet kontrolli f’numru ta’ lokalitajiet madwar Malta, fosthom f’Ħaż-Żabbar, iż-Żejtun, il-Marsa, San Pawil il-Baħar, Buġibba, San Ġiljan u ta’ Sliema.

Skont stqarrija maħruġa mill-Pulizija, f’dawn il-kontrolli ġew imħarrka u mwaqqfa diversi persuni minħabba ksur tar-regolamenti tat-traffiku. Dawn jinkludu sewqan mingħajr liċenzja, sewqan mingħajr ċintorin tas-sigurtà u numru ta’ regolamenti oħra.