350 miljun ritratt ġdid kuljum fuq Facebook

Aktar minn 250 biljun ritratt ittellgħu fuq is-sit ta’ networking soċjali Facebook, filwaqt li dawk imsieħba f’dan is-sit ta’ networking itellgħu mat-350 miljun ritratt ġdid ta’ kuljum.

Dan ifisser li dawk irreġistrati tellgħu medja ta’ 217-il ritratt, liema numru ma jinkludix ir-ritratti li ttellgħu bl-app tal-Instagram.

Hu mifhum li s-sit ta’ networking Facebook hu l-akbar sit ta’ fejn qed jitpoġġew ritratti riċentament.

Stħarriġ partikolari juri wkoll li għat-tliet snin li ġejjin, 82% tal-kumpaniji se jkunu qed iżidu n-nefqa tagħhom fuq is-social media, partikolarment fuq is-sit ta’ networking tant popolari, Facebook.