35 sena minn We Are the World

Il-kanzunetta We are the World ta’ Band Aid għalqet 35 sena minn mindu ħarġet. Il-kanzunetta nħarġet fl-1995 mill-grupp USA for Africa. Il-kanzunetta nkitbet minn Michael Jackson u Lionel Ritchie bi produzzjoni ta’ Quincy Jones u Michael Omartian gġall-album We Are the World.

Bħala single We Are the World biegħet aktar minn 20 miljun kopja u hija waħda minn 30 single li biegħu mill-inqas 10 miljun kopja.

Irrekordjat fit-28 ta’ Jannar tal-1985, il-kanzunetta nħarġet bħal-lum fl-1985 u fost il-kantanti li kienu taw is-sehem tagħhom insibu lil Ray Charles, Billy Joel, Diana Ross, Cyndi Lauper, Bruce Springsteen u Tina Turner.

We Are the World kienet rebħet tlett Grammy Awards, kif ukoll l-American Music Award u People’s Choice Awards.

Permezz tal-proġett We Are the World kienu nġabru $63 miljun, ekwivalenti għal $147 miljun tal-lum.