Blogger Żvediż, Alex Waltner, semma 35 raġuni għalfejn wieħed għandu jżur lil Malta tal-anqas darba f’ħajtu.
Fost dawn ir-raġunijiet, insibu l-ospitalità tan-nies, l-istorja, u diversi bajjiet.
Huwa ma naqasx milli jsemmi ikel bħall-qagħaq tal-għasel, l-istuffat tal-fenek, it-Twistees,u l-Kinnie.
Waltner semma ukoll postijiet bħall-gżejjer ta’ Għawdex u Kemmuna, u diversi bliet u rħula bħall-Belt Valletta, Marsaxlokk, l-Imdina, ir-Rabat, il-Birgu, Ta’ Qali, Buġibba, u ż-Żurrieq.