35 Milied mill-ħruġ ta’ Do They Know It’s Christmas

Il-kanzunetta Do They Know It’s Christmas din is-sena se tagħlaq il-35 Milied minn kemm ilha li ħarġet fl-1984. Hija kompożizzjoni ta’ Bob Geldof u Midge Ure b’reazzjoni għar-rapporti televiżivi tal-ġuħ li kien hemm fl-Etijopja bejn l-1982-1983 fl-Etjopja.

Il-kantanti ta’ Band Aid 1984

Id-diska kienet rekordjata f’ġurnata waħda fil-25 ta’ Novembru minn Band Aid, supergrupp magħmul minn Bob Geldof u Midge Ure li jikkonsisti prinċipalment fl-ikbar ismijiet mużikali Ingliżi u Irlandiżi ta’ dak iż-żmien. Fost il-kantanti u gruppi fid-diska kien hemm Bananarama, Cultural Club, Duran Duran, Spandau Ballet, U2, The Police, Wham! u Phil Collins fost oħrajn.

Is-single ħarġet għall-bejgħ fir-Renju Unit fit-3 ta’ Diċembru u megħjuna minn pubbliċità kbira daħlet fis-Singles Chart fin-numru wieħed u baqgħet hemm għal ħames ġimgħat  sħaħ fejn saret id-diska tal-Milied għall-1984. Dan hu rekord għax saret l-aktar diska li nbiegħet bl-iktar bejgħ veloċi fl-istorja tas-singles tar-Renju Unit fejn inbiegħu   miljun kopja fl-ewwel ġimgħa biss. Sal-aħħar tas-sena kienet niegħet tliet miljun kopja.  Żammet dan it-titlu sal-1997 meta nqabżet minn Elton John b’Candle in the Wind li nħarġet f’ġieħ il-Prinċipessa Diana wara l-mewt tagħha.

Bob Geldof u Midge Ure, il-kompożituri ta’ Do They Know It’s Christmas

Il-verżjoni oriġinali ta’ Do They Know It’s Christmas? sal-lum biegħet aktar minn 3.8 miljun kopja fir-Renju Unit. F’votazzjoni fir-Renju Unit f’Diċembru 2012 ġiet ivvutata fis-sitt post bħala Il-Kanzunetta tal-Milied Favorita tan-Nazzjon mill-istazzjon televiżiv ITV.