35 każ ġdid tal-coronavirus; fiequ 33 persuna

Miguela Xuereb

Read in English.

Malta kellha 35 każ ġdid tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 33 persuna.

Dan ifisser li t-total ta’ każijiet attivi huwa ta’ 668, tnejn biss aktar mit-total tal-bieraħ.

B’kollox, fl-aħħar 24 siegħa, saru 2,173 swab test.

OFFICIAL COVID-19 figures for 23•08•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Sunday, August 23, 2020

Il-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati. Mill-każijiet tal-bieraħ:

  • 9 kienu membri tal-familja ta’ każijiet oħra
  • Każ wieħed kien ta’ persuna li kellha kuntatt dirett ma’ każ ieħor
  • 3 każijiet li ttieħdu minn post tax-xogħol fejn kien hemm persuna pożittiva għall-Covid-19
  • Każ wieħed ġej mill-grupp tal-każijiet ta’ Paceville
Il-każijiet tal-bieraħ
31 każ pożittiv ġdid; 47 ifiqu

Hu u jitkellem fuq il-coronavirus illum, il-Prim Ministru Robert Abela assigura lin-nies li minkejja n-numru għoli ta’ każijiet ta’ kuljum, is-sintomi huma ħfief u r-rata ta’ mwiet hija baxxa. Huwa qal li l-awtoritajiet kienu qegħdin jistennew li l-każijiet se jiżdiedu ġmielhom meta fetħu l-ajruport mill-ġdid.