35 ilment dwar rifjut għaċ-ċittadinanza taħt l-programm ta’ investiment

Read in English.

Minn meta tnieda l-Progamm ta’ Investitur Individwali, r-regolatur irċieva 35 ilment li kollha kienu jittrattaw rifjut tat-talba għaċ-ċittadinanza taħt dan il-Programm għar-raġuni li l-applikant ma kienx konformi ma’ xi waħda jew aktar mill-ħtiġijiet tar-regolamenti.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li r-Regolatur, fl-ebda każ minnhom, ma ħass illi kien hemm raġuni valida għalfejn għandu jintervjeni favur l-applikant.

Meta kien qed iwieġeb mistoqsijiet parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina, Muscat qal li kien hemm 14-il persuna li applikaw sabiex issir inkjesta dwar il-privazzjoni ta’ ċittadinanza Maltija. Kull applikazzjoni li daħlet sabiex issir inkjesta, ġiet riferuta lill-Kumitat ta’ Inkjesta.