Aġġornata: “Il-ħnieżer huma stmati” – Sidhom

Ħnieżer saħħithom bla ċippa razzett
Ritratt: Facebook - Animal Liberation Malta

Numru ta’ ħnieżer instabu jiġru f’għelieqi fil-Mellieħa, jgħixu f’kundizzjonijiet ħżiena fejn ħadd ma jagħti każhom.

Hekk kitbu Animal Liberation Malta fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, fejn tefgħu wkoll ritratti. Huma saħqu li dan huwa każ ieħor ta’ negliġenza u attitudni irresponsabbli lejn l-annimali. Huma ddeskrivew kif sabu 35 ħanżir f’għelieqi mingħajr m’huma rreġistrati, li skont il-liġi ta’ Malta, tfisser li għandhom jittieħdu għal qatla.

Huma komplew jgħidu kif għalkemm xiħadd forsi jkun jista’ jtihom saqaf, il-liġi ta’ Malta tiddetta li la ħanżir ma żżommux biex tagħmlu ikel, tista’ żżomm biss sa tnejn.

Animal Liberation Malta qed isejjħu għall-attenzjoni lejn kull tip t’annimal, mhux biss il-kelb u l-qattus u biex kulħadd ikun vuċi għal dawn il-ħnieżer.

Yet another case of human negligence and irresponsible behaviour towards animals. 35 abandoned pigs have been found in…

Posted by Animal Liberation Malta on Tuesday, August 14, 2018

Sid il-ħnieżer ikkuntattjat lil Newsbook.com.mt b’informazzjoni li l-ħnieżer huma stmati u li l-ġebel imqalleb hija xiħaġa li jagħmlu huma b’mod normali. Hi saħqet li vets mill-biċċerija żaru l-ħnieżer u qalu li jinsabu f’kundizzjoni tajba.

Newsbook.com.mt prova jikkuntattja lill-biċċerija, iżda peress li llum festa, ma setgħax jaqbad xiħadd li seta’ jitkellem dwar din l-informazzjoni. Intbgħatu xi mistoqsijiet b’emejl.