34,000 ħaddiem b’part-time flok full-time

Il-ħaddiema li għandhom part-time bħala l-impjieg ewlieni tagħhom huma 34,510. Minn dawn kważi 20 elf huma nisa.

Skont ċifri ppubblikati fil-parlament mill-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana, in-numru ta’ ħaddiema li kellhom part-time f’Jannar ta’ din is-sena kien ileħħaq 65,043.

Part-time bħala xogħol ewlieni tagħhom Pfart-time ma’ full-time Total ta’ Part-Time f’Malta u Għawdex
Rġiel Nisa Total Rġiel Nisa Total Rġiel Nisa Total
34,708 30,335 65,043

Part-time bħala xogħol ewlieni tagħhomPfart-time ma’ full-timeTotal ta’ Part-Time f’Malta u Għawdex
Rġiel NisaRġiel NisaRġiel Nisa
14,605 19,90520,103 10,43034,708 30,335
Total 34,510Total 30,533Total 65,043

Il-Ministru qal li l-persuni li kellhom kemm part-time kif ukoll full-time kien ta’ 30,533.

It-tagħrif ingħata fuq mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Carmelo  Mifsud Bonniċi.