340 test kontra doping f’erba’ snin

Fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena atleti Maltin qagħdu għal 54 test kontra d-doping.
Dan qalu l-Ministru responsabbli mill-iSport Evarist Bartolo huwa u jwieġeb mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista David Agius.
Bartolo ndika li fl-aħħar erba' snin saru madwar 340 test kontra d-doping min-National Anti-Doping Organisation (NADO).
Huwa fisser li minn din is-sena, daħal fis-seħħ l-hekk imsejjaħ intelligent testing fejn it-testijiet isiru b’mod immirat skont il-prestazzjoni tal-atleta u ġbir ta’ informazzjoni fuq l-atleta.
“Fil-fatt, huwa qal, “minkejja li din is-sena saru inqas testijiet mis-snin l-oħra, inqabdu aktar atleti posittivi għat-teħid ta’ sustanzi lleċiti mis-snin preċedenti”.