34 meter readers ġodda għall-ARMS mill-2017 sal-lum – Mizzi

L-ARMS Ltd impjegat 34 meter readers mill-2017 sal-lum, skont il-Ministru għall-Enerġija Joe Mizzi.

Mizzi qal dan fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija parlamentari tal-MP tal-Partit Nazzjonalista Ivan Bartolo.

Mizzi qal li uħud mill-meter readers ġew ingaġġati biex jissostitwixxu dawk li rtiraw jew spiċċaw biż-żmien.

Qal ukoll li din is-sena kien hemm 5,929 applikazzjoni għall-servizz ġdid tal-ilma u 7,134 għall-servizz tad-dawl.

“Għalhekk biex il-konsumatur ikun moqdi bl-aħjar mod possibli nħasset il-ħtieġa li jiġu ngaġġati iżjed meter readers,” qal Mizzi.

Jekk il-persuna li ħabbtitlek il-bieb tad-dar biex taqra l-meters tad-dawl u l-ilma tħallihiex tidħol tagħmel dan jekk ma tkunx liebsa l-uniformi tal-ARMS Ltd.

‘Tħallihomx jidħlu jaqraw il-meters jekk ma jkunux libsin hekk’