34 każ ġdid tal-coronavirus fil-komunità u 10 immigranti

swabbing center

Read in English.

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu fil-pajjiż total ta’ 34 każi ġodda tal-coronavirus. Intant, kien hemm 38 persuna oħra li fiqu mill-virus. Dan wara li lbieraħ saru total ta’ 2,438 swab tests.

Dan ħareġ mill-infografika tal-lum tal-Ministeru tas-Saħħa li tagħti l-aħħar żviluppi tal-pandemija fil-pajjiż. Bħalissa hawn total ta’ 424 każi attivi. Intant jidher li kien hemm 10 każi oħrajn pożittivi ta’ immigranti li jgħixu f’ċentri magħluqa.

Fost il-każi fil-komunità kien hemm sitta ta’ qraba ta’ każi pożittivi, tnejn li huma kollegi u tlieta li huma kuntatti diretti ta’ każi pożittivi.

B’kollox, minn meta feġġet il-pandemija fil-pajjiż instabu total ta’ 1,965 każ pożittiv tal-coronavirus wara 197,014 swab test. Minn dawn, b’kollox fiqu 1,528 persuna u mietu 13.