33 xahar mill-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia

Facebook - Repubblika

Illum jaħbat it-33 xahar mill-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caurana Galizia. Is-Soċjetà Ċivili flimkien mal-Għaqdiet mhux governattivi Repubblika u Occupy Justice organizzaw il-velja ta’ kull 16 tax-xahar biex ifakkru lil Daphne Caruana Galizia kif ukoll biex jitolbu ġustizzja għal dan l-assassinju. Din il-velja saret quddiem il-monument tal-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta.

Matul din il-velja il-poeta Paul Ellul qara poeżija miktuba apposta biex tfakkar il-ħajja ta’ Daphne Caruana Galizia u l-assassinju tagħha. Paul Ellul iddiskiva l-pinna ta’ Caruana Galizia li tinfed aqwa minn kull xabla u tinfed sal-ġewwieni li tmiss ir-ruħ imsejkna ta’ kulħadd.

Posted by Repubblika on Thursday, July 16, 2020

F’din il-velja tkellmet ukoll Joanna Agius minn Occupy Justice. Hija tkellmet dwar il-blogg ta’ Daphne Caruana Galizia u kif fi kliemha Daphne kellha raġun dwar Ian Abdilla, Peter Grech, Lawrence Cutajar, Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi.

Joanna Agius spjegat li għadu ‘l bogħod biex wieħed jikseb il-ġustizzja għal Daphne Caruana Galizia. Agius żiedet li l-għanqbuta ta’ kriminalità mhux biss infirxet imma fgat lill-Gżejjer Maltin.

Fuq il-midja soċjali Simon Busuttil fakkar ukoll il-memorja ta’ Daphne Caruana Galizia.

33 MONTHS TODAY. When institutions are politically captured, the fight for justice is like David against Goliath. But no challenge is impossible to win if you #NeverGiveUp.#JusticeforDaphne

Posted by Simon Busuttil on Thursday, July 16, 2020