​33 tifel u tifla f’xelters għall-vittmi ta’ vjolenza domestika

26 mara u 33 tifel u tifla jgħixu fil-ħames xelters għan-nisa u t-tfal li jisfaw vittmi ta’ vjolenza domestika.
Dawn iċ-ċifri ħarġu fil-Parlament mill-Ministru għall-Familja Michael Falzon, meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg.
Il-Ministru Falzon qal li l-Maltin fost dawn il-vittmi huma 18-il mara u 22 tifel u tifla.
Irrimarka li l-ħames xelters li joffru kenn residenzjali lin-nisa u t-tfal tagħhom huma First Stage Shelters, jiġifieri jilqgħu lil dawk li jkollhom bżonn għajnuna b’mod urġenti, f’sitwazzjonijiet fejn ikun hemm riskji għoljin ta’ sigurtà.