33% tal-ħabsin intbagħtu l-ħabs għall-ewwel darba

33% tal-priġunieri fil-Faċilità Korretiva ta’ Kordin intbagħtu l-ħabs għall-ewwel darba.  Dan qalu l-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Manuel Mallia waqt konferenza tal-aħbarijiet.

L-istess Ministru ħabbar li se jaħtar Direttur għall-Edukazzjoni fil-Faċilità Korretiva ta’ Kordin biex itejjeb is-sistema tal-edukazzjoni fil-ħabs. Mill-440 priġunier, hemm 295 priġunier li ddaħħlu l-ħabs għat-tieni darba jew iktar. Dan ifisser li 67% tal-priġunieri huma riċedivi.

Il-Ministru Malli insista li minkejja li kull min jinsab il-ħabs irid iħallas ta’ għemilu, dan ma jfissirx li għandhom jiċċaħdu mill-edukazzjoni u rijabilitazzjoni.