33 persuna mejta f’aktar attakki bil-bombi fl-Iraq

Mill-inqas 33 persuna nqatlu fil-belt kapitali tal-Iraq, Bagdad, hekk kif numru ta’ bombi ħasdu l-inħawi.

L-attakki laqtu seba’ partijiet differenti b’Bagdad, bil-mira kienu numru ta’ ħwienet tal-kafe’, restoranti u s-swieq.

Il-forzi tas-sigurtà fl-Iraq żiedu s-sigurtà waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tat-tmiem tar-Ramadan.

Aktar minn elf persuna mietu f’attakki minn Lulju lil hawn, b’Lulju li għadda kien l-aktar xahar mdemmi f’dawn l-aħħar snin.