33 persuna maqtula f’attakk suwiċida fl-Iraq

Minn tal-inqas 33 persuna ġew maqtula filwaqt li diversi oħrajn midruba f’attakk suwiċida fuq il-kwartieri ġenerali tal-pulizija f’Kirkuk, l-Iraq.

L-awtoritajiet qalu li żewġ persuni li kienu lebsin ta’ pulizija, baqgħu deħlin ġol-bini b’karozza mimlija splussivi.

Eżatt wara l-isplużżjoni, daħlu ukoll xi persuni b’AK47’s, iżda l-membri tal-pulizija laħqet waqfet lil dawn qabel ma weġġgħu lil xi ħadd.

Dan kien it-tielet attakk suwiċida f’dawn l-aħħar ftit ġimgħat. Fil-post fejn seħħ dan kollu jgħixu taħlita ta’ Arab, Kurdi u Torok filwaqt li hemm taqbida għadejja għaż-żejt.