33 persuna jistennew il-home help

Preżentament hemm 33 persuna jistennew biex jibdew jingħataw is-servizz tal-home help – is-servizz ta’ għajnuna fid-dar mhux permezz ta’ infermier offrut lill-anzjani u persuni b’diżabiltá.
Dan joħroġ minn tweġiba tal-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Farruġia għall-Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Laburista Silvio Parnis.
Fi tweġiba separata tal-istess interpellant, Farrugia qal li n-numru ta’ benefiċjarji li kienu qed jibbenefikaw minn dan is-servizz sal-aħħar t’Awwissu 2015 kien ta’ 3,888.
Farrugia qal ukoll li preżentament hawn 8,716 anzjan jew anzjana li jużaw is-servizz tat-telecare li minnhom 540 jgħixu f’Għawdex.