33 persuna jinqabdu barra fi gruppi t’aktar minn 3

Read in English.

33 persuna ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi kontinwi li l-Pulizija qed tagħmel biex tara li ma jkunx hemm ġemgħat t’aktar minn tliet persuni f’postijiet pubbliċi skont l-avviż legali li ħareġ il-Gvern.

Dan tħabbar fil-bulettin li joħroġ il-Gvern ta’ kuljum b’aġġornamenti dwar il-coronavirus.

Intant, ħadd ma nstab jikser il-kwarantina obbligatorja fl-472 spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa.

Illum is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika, il-Prof. Charmaine Gauci, ħabbret tmien każijiet ġodda ta’ coronavirus, ħamsa fiċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far u tlieta fil-komunità. Apparti dan, 17-il persuna oħra fiequ mill-coronavirus.

B’hekk Malta għandha 303 persuni li fiequ mill-virus, filwaqt li 151 persuna għad għandhom il-coronavirus.

Il-Gvern tenna l-appell tiegħu biex in-nies jibqgħu d-dar jekk ma jkollhomx bżonn li joħorġu.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn