329 tifel u tifla jinsabu taħt care order

329 tifel u tifla jinsabu taħt care order. 292 tifel u tifla jinsabu protetti taħt Ordni ta’ Ħarsien mill-Aġenzija Appoġġ filwaqt li 37 oħra qedin protetti taħt Ordni ta’ Ħarsien mill-Aġenzija AWAS.

Il-maġġoranza, 131 minn dawn it-tfal qegħdin ma’ Foster Family jew Foster Carer filwaqt li 119-il tifel u tifla qegħdin fi Placements Residentzjali. 42 oħra qegħdin jgħixu mal-qraba tagħhom filwaqt li 37 oħra qed jgħixu ġewwa Dar il-Liedna.

Din l-informazzjoni ħarġet minn mistoqsija parlamentari li Claudette Buttigieg saqsiet lill-Ministru għall-Familja u Drittijiet għat-Tfal Michael Falzon dwar kemm hemm tfal taħt care order u kemm minnhom qegħdin taħt il-kura ta’ Foster Carers jew fid-djar tat-tfal.