329 student tal-ICT se jseddqu dak li studjaw b’esperjenza ta’ xogħol

329 student ingħataw l-opportunità li jseddqu dak li tgħallmu fl-ICT b’esperjenza ta’ xogħol fil-qasam ma’ kumpaniji privati u tal-Gvern.
Dan ħabbru s-Segretarju Parlamentari għall-Innovazzjoni, Silvio Schembri, waqt konferenza tal-aħbarijiet li fiha ssemma kif għad-disa’ darba l-MITA se tkun qed torganizza student placement programme sabiex dawn l-istudenti jiksbu aktar esperjenza billi jaħdmu għas-sajf.
L-istudenti se jkunu qed jitħallsu ta’ xogħolhom, u l-istqarrija tkompli tgħid li l-Gvern se jħallas 100% tal-pagi għal dawk l-istudenti li jaħdmu ma’ entitajiet tal-Gvern, u 50% tal-pagi ta’ dawk li jaħdmu ma’ kumpaniji privati.
Iċ-Ċermen tal-MITA, Tony Sultana, qal li kull student se jingħata massimu ta’ 330 siegħa ta’ xogħol fuq perjodu ta’ 11-il ġimgħa, b’medja ta’ 30 siegħa fil-ġimgħa.
Kemm is-Segretarju Parlamentari kif ukollm iċ-Ċermen ħeġġu sabiex aktar studenti jinteressaw ruħhom fil-qasam tal-ICT, minkejja li Malta għandha l-ogħla rata ta’ gradwati fl-ICT.
Ritratt: DOI – Pierre Sammut