327 siġra ġdida fl-ewwel ħames xhur tal-2015

Fl-ewwel ħames xhur tal-2015 tħawlu total ta’ 327 siġra ġodda mill-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima.
Dan qalu l-Ministru għall-Iżvilupp Leo Brincat b’risposta għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Marthese Portelli.
200 siġra tħawlu f’Pembroke, 47 siġra oħra f’Ta’ Qali, 25 siġra fil-Buskett, 19-il siġra fil-Qrendi, 16-il siġra fil-park tal-familja ta’ Wied il-Għajn, 10 f’Għajn Tuffieħa fis-sit tal-iscouts u 10 oħra tħawlu fil-Mellieħa.